send link to app

Soċjeta' Filarmonika S. Marija


4.6 ( 2656 ratings )
Referencia
Desarrollador Zammit Judith
Libre

Merħba fil- Mobile Application uffiċjali tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija ġewwa ir-raħal taż-Żebbuġ (Għawdex). Din is-soċjetà twaqqfet fl-1995 bl-iskop li xxerred it-tagħlim tal-mużika fost iż-żgħażagħ u l-poplu Żebbuġi, kif ukoll sabiex tkattar l-għarfien dwar il-kultura u tradizzjoni Żebbuġija. Fisem il-Kumitat u membri tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija nirringrazzjawk talli qed iżżur din l-App li fiha tista issib ammont kbir ta informazzjoni dwar din is-soċjetà,
Din il-Mobile Application hija inizjattiva tas-Socjeta’ Filarmonika Santa Marija bhala parti mill-proġett ‘Żogħżija Mużikali - Ilbieraħ, illum u għada’ marbut mal-iskema mahħruġa minn Aġenzija Żgħażagħ bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Każini tal-Banda ‘It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda’, bħala parti mill-Empowerment Programme. L-għan ewlieni huwa li nkomplu inxerredu t-tagħlim tal-mużika fost iż-żgħażagħ tagħna. F’din l-App, l-aljievi u l-bandisti għandhom aċċessibli l-informazzjoni kollha meħtieġa f’dak li għandu x’jaqsam ma tagħlim tal-mużika u servizzi bandistiċi.
Aktar informazzjoni fuq: 
http://www.bandasantamarija.com